Merħba mill-qalb! Bħala Nisrani evanġeliku, nikteb b’rispett sinċier lejk u bix-xewqa li naqsam miegħek l-aħbar it-tajba li bidlitli ħajti.
Il-Kattoliċi u l-Evanġeliċi jħaddnu ħafna veritajiet ċentrali tal-fidi Nisranija, iżda għandna fehmiet differenti dwar kwistjonijiet importanti marbuta mal-evanġelju u t-triq tas-salvazzjoni. L-għan tagħna għandu jmur lil hinn milli niddiskutu d-differenzi ta’ bejnietna jew nitgħallmu aktar fatti dwar Ġesù; l-akbar xewqa tagħna għandha tkun li nsiru nafuh personalment.
Għalhekk, nistiednek taqra Miġbud lejn Ġesù. Itlob lil Alla jiggwidak fil-verità tiegħu, għarbel kollox fid-dawl tal-Iskrittura, u aħseb x’qed isejjaħlek tagħmel. Nitlob li qalbek tintrebaħ mill-ġmiel tal-Mulej u mill-meravilja tal-grazzja tiegħu, biex tafda fih u tesperjenza l-ferħ tas-salvazzjoni.
Miġbud lejn Ġesù
- Kif insib it-triq li twassal għall-ħajja?
- Il-knisja għandha bżonn saċerdozju?
- Is-sagrifiċċju ta’ Kristu hu suffiċjenti?
- Min hu l-medjatur bejn Alla u l-umanità?
- Kif nista’ nikseb il-maħfra ta’ dnubieti?
- Fuq liema pedament hi mibnija l-knisja?
- Kif jista’ Alla jeħlisni mill-kastig?
- X’inhu r-rwol tal-opri tajba fis-salvazzjoni?
- Jien imwieled mill-ġdid?
- X’se nagħmel bi Kristu?
- It-triq quddiemi














